Futbol Sport

Kirkop promossi bħala Champions

BOV III DIV.

Kirkop Uited kienu promossi għat-Tieni Diviżjoni bħala Champions wara li għelbu lil Mġarr United 2-0 f’decider għar-rebħ tal-kampjonat wara li ż-żewġ timijiet spiċċaw fl-ewwel post bi 52 punt kull wieħed.

It-tim immexxi minn Albert Busutitl kellu bidu mill-aqwa u mar fil-vantaġġ wara żewġ minuti minn Michael Zammit bl-istess plejer jaċċerta t-titlu fil-71 minuta.

Intant f’decider oħra, imma għal min se jevita t-tieni post mill-aħħar fl-istess diviżjoni, Marsaxlok għelbu lil Luqa St. Andrew’s 3-2 b’żewġ gowls minn Manuel Caruana u ieħor ta’ Dylan Attard. Mark Said u William Mallia naqqsu l-iskor għal Luqa.

B’hekk Luqa se jkollhom jerġgħu japplikaw flimkien mal-aħħar tim, Ta’ Xbiex, biex jieħdu sehem fil-kampjonat tal-MFA l-istaġun li ġej.