Daniel Borg, Malti ta’ 34 sena, instab mejjet fil-lukanda Aloft, li tinsab fid-distrett ta’ Vadhana, aktarx b’kaġun ta’ teħid tad-droga eroina. Borg instab mejjet f’kamra 2306 fil-lukanda lbieraħ filgħaxija u l-każ qed ikun investigat mill-Pulizija biex tkun ikkonfermata r-raġuni tal-mewt. Il-Pulizija Tajlandiża sabet li l-ġisem ta’ Borg kien diġà fi stat ta’ dekompożizzjoni.
Mill-post, il-Pulizija elevat 0.5g eroina u viagra, filwaqt li mal-bieb tal-kamra kien hemm it-tabella tad-Do Not Disturb. L-ewwel eżamijiet tal-Pulizija ma kkonkludewx li kien hemm vjolenza fuq Borg. Il-katavru ttieħed fl-Isptar ta’ Chulalonkom għall-awtopsja.
Suphannee Sarapee, impjegata tal-lukanda fejn kien qed joqgħod Borg, qalet lill-Pulizija li l-Malti daħal fil-lukanda fit-28 ta’ April u kellu jitlaq ilbieraħ stess. Jirriżulta li filgħaxija l-Malti ma marx fir-Reception u għalhekk Sarapee marret tiċċekkja l-kamra fejn kien. Wara li ħadd ma rrisponda għat-taħbit tagħha mal-bieb, l-impjegata wżat iċ-ċavetta li kellha biex tiftaħ il-bieb.
Hemm, hi sabet il-ġisem mejjet ta’ Borg. Rapporti qed jgħidu li l-ewwel indikazzjonijiet tal-Pulizija qed jgħidu li Borg miet kawża ta’ attakk tal-qalb ikkaġunat mit-teħid tad-droga. Jirriżulta li Borg kien ilu mejjet bejn jumejn u tlett ijiem.
//= $special ?>