L-istudenti Maltin se jerġa’ jkollhom l-opportunità biex jinvolvu ruћhom fil-kreattività u l-arti fl-iskejjel tagћhom wara li l-Kunsill Malti gћall-Arti nieda r-raba’ sejћa gћall-applikazzjonijiet gћal KREATTIV.
Il-programm ta’ fondi KREATTIV gћandu l-gћan li jdaћћal artisti – kittieba, poeti, mużiċisti, artisti viżivi – fl-iskejjel biex jaћdmu mal-gћalliema u l-istudenti biex dawn jiġu ispirati, jitgћallmu u joћolqu proġetti f’mod kollaborattiv u innovattiv.
Fit-tliet snin mit-tnedija ta’ KREATTIV, saru 54 proġett – medja ta’ 18-il attività fis-sena – fuq medda ta’ seba’ xhur. Madwar 5,400 student minn 50 skola ћadu sehem. ‘Il fuq minn 600 membru tal-istaff ikkontribwixxew u l-udjenzi laћћqu mat-8,000 persuna. Total ta’ 94 artist ipparteċipaw f’numru ta’ proġetti varji.
Immaniġġjat mill-Kunsill Malti gћall-Arti b’kollaborazzjoni mad-Direttorat tal-Kultura, total ta’ €75,000 ġew allokati gћall-programm ta’ din is-sena. Massimu ta’ €5,000 jingћataw lil kull proposta li tintgћażel, u dan l-ammont irid jiġi użat fuq perjodu ta’ 12-il xahar. Il-fond huwa kompetittiv u l-proġetti eliġibbli jiġu evalwati minn bord independenti appuntat mill-Kunsill Malti gћall-Arti.
Ħafna jaqblu li l-kreattività hija essenzjali sabiex it-tfal jikbru b’mod sћiћ. Iżda, kull ma jmur, l-arti qed issir gћazla vijabbli ukoll gћall-impjiegi. Il-figuri jitkellmu waћedhom. Skont ir-rapport tal-2014 tal-Istrateġija tal-Ekonomija Kreattiva, l-industriji kulturali u kreattivi jikkontribwixxu direttament madwar ћamsa fil-mija tal-GDP u jimpjegaw aktar minn 10,000 persuna. Aktar ma jgћaddi ż-żmien aktar joћroġ ċar kif l-arti mhijiex “extra” imma parti integrali mis-sistema edukattiva.
Il-benefiċċji wkoll joћorġu ‘lil hinn mill-ћitan tal-iskejjel. F’ċertu każijiet, il-kollaborazzjonijiet bejn l-artisti u l-iskejjel baqgћu gћaddejjin anke wara li ntemm il-proġett. Wieћed mill-proġetti, Kirana, saћansitra fforma parti minn ŻiguŻajg, il-Festival Internazzjonali tal-Arti gћat-Tfal u ż-Żgћażagћ 2014 u huwa bbukkjat minn Franza, l-Italja u l-Ingilterra gћall-2015.
Iżda l-programm mhuwiex fuq proġetti artistiċi ta’ darba. L-gћan tiegћu huwa li jћeġġeġ it-tfal jipparteċipaw f’attivitajiet kreattivi, jibdlu l-mod kif jaћsbu, jipprovdi spazju li mhuwiex ikkundizzjunat mir-riżultati. L-arti tgћin it-tfal jagћmlu sens mid-dinja, tinkoraġġihom jistaqsu l-mistoqsijiet, jiddibbattu, jikkummentaw u jaћsbu b’mod kreattiv u innovattiv. Ħafna minn dawn il-ћiliet jibqgћu mat-tfal tul ћajjithom u gћalhekk jassiguraw li la darba jispiċċa l-proġett, il-legat kreattiv jibqa’ gћaddej.
Huwa gћalhekk li l-Kunsill Malti gћall-Arti u l-Ministeru tal-Edukazzjoni iffirmaw Memorandum of Understanding, biex ikomplu jsaћћu r-rabtiet bejn l-arti u l-edukazzjoni.
L-gћan ta’ dan il-ftehim huwa li jidentifika b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbilitajiet ta’ kull naћa b’rabta mal-implementazzjoni tal-qafas tal-Istrateġija tal-Edukazzjoni f’Malta 2014-2024 u l-Mission Statement tal-Kunsill Malti gћall-Arti.
Permezz ta’ dan l-MOU, il-Ministeru gћall-Edukazzjoni u l-Kunsill Malti gћall-Arti se jkunu qegћdin jikkollaboraw fuq numru ta’ attivitaijiet li jinkludu workshops u seminars ta’ taћriġ, konferenzi, seminars, preżentazzjonijiet, proġetti ffinanzjati mill-UE, opportunitajiet ta’ exposure gћall-impjiegi gћall-istudenti, żvilupp tal-kurrikulu, tagћlim u assessment outcomes frameworks u taћriġ gћall-gћalliema.
L-applikazzjonijiet gћall-Kreattiv jagћlqu fid-29 ta’ Mejju; l-evalwazzjonijiet se jsiru f’Ġunju 2015; ir-riżultati joћorġu fl-1 ta’ Lulju. Gћal aktar informazzjoni żur maltaculture.com jew il-paġna ta’ facebook tal-Kunsill Malti gћall-Arti.
//= $special ?>