Is-sħana li qed tolqot il-gżejjer Maltin wasslet biex fl-aħħar jiem ħafna ħadu l-ewwel għawma tagħhom jew qattgħu il-weekend itwal ms-soltu fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex.
Imma s-sħana qawwija tal-aħħar jiem mistennija tippersisti, anzi t-temperatura, bl-ogħla temperatura li llum hu mbassar li se tlaħħaq id-29 grad Celcius, mistennija tkompli żżid u għada tista’ titla’ saħansitra għal 31 grad.
Skont it-tbassir tat-temp tal-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, it-temperatura tibda tnaqqas iktar tard dil-ġimgħa, bl-ogħla temperatura titla’ għal 26 grad nhar is-Sibt li ġej.
Imma minkejja dan l-Indiċi UV xorta waħda jibqa’ qawwi, b’medja ta’ 9 punti. Il-Ġimgħa, meta l-ogħla temperatura mistennija tkun 28 grad Celcius, l-Indiċi UV saħansitra se jitla’ għal 10.
//= $special ?>