Tliet direct orders u offerta b’valur ta’ €255,311
Fis-sentejn ta’ dan il-Gvern, kumpanija li fiha l-General Workers’ Union għandha sehem, Tec Limited, ingħatat b’aktar minn kwart ta’ miljun ewro f’xogħol, li aktar minn €179,000 minnhom ingħataw mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali, b’direct order.
Dan ikkonfermah il-Minsitru Owen Bonnici għal mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Jason Azzopardi, li staqsa lill-Ministru jgħid jekk din il-kumpanija ngħatatx xogħol mill-Ministeru jew minn xi entità taħt il-Ministeru tiegħu, u kemm kien il-valur tax-xogħol, u jekk dan sarx b’direct order jew b’offerta.
Jirriżulta li l-kumpanija ngħatat xogħol b’driect order b’valur ta’ €58,000 għal xogħol marbut mal-Kanival tas-sena l-oħra fejn għamlet xogħlijiet fuq il-palk, il-platea, sound u screens.
Żewġ direct orders oħra ngħataw lill-istess kumpanija fl-organzzazzoni tal-Junior Eurovision Song Contest, waħda b’valur ta’ €29,500 għal xogħlijiet ta’ tindif tal-Malta Shipbuilding qabel ma sar il-Junior Eurovision Song Contest, u direct order oħra b’valur ta’ €92,132 għall-bini proviżorju ta’ backstage u tal-press centre.
Tec Limited ingħatat ukoll xogħol ieħor b’offerta, b’valur ta’ €75,679.30, b’rabta ma’ xogħol għall-Karniva ta’ din is-sena.
//= $special ?>