L-Uffiċċju tal-Prim Ministru impjega 17-il persuna fuq il-mertu ta’ position of trust fi ħdan iċ-CHOGM task force. Kien hemm impjieg ieħor ukoll fuq position of trust li sar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-IPSL.
Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweġiba li ta llejla fil-Parlament bil-miktub għal mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Jason Azzopardi.
Dawn l-impjiegi jiżdiedu mal-mijiet oħra ta’ impjiegi li dan il-Gvern daħħal u qed jibqa’ jimpjega fuq il-bażi ta’ fiduċja tiegħu u li huma mifruxa f’ħafna oqsma tas-settur pubbliku. Impjiegi wkoll li qed iżidu b’mod qawwi n-nefqa tal-Gvern fis-salarji li tlaħħaq il-miljuni kull sena.
//= $special ?>