Matul is-sena li għaddiet, fl-2014, kien hemm 25 każ biss minn elf li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq tbagħbis ta’ smart meters u serq ta’ elettriku.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament f’risposta għall-mistoqsijiet tax-Shadow Minister Jason Azzopardi, li staqsa dwar kemmm tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ tbagħbis ta’ smart meters u serq ta’ dawl minn dawk l-elf persuna li fl-2014 il-Ministru Konrad Mizzi kien qal li kienu involuti f’dan l-aġir kriminali.
Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, qal fil-Parlament li l-Enemalta ressqet il-każi lill-Pulizija u matul is-sena li għaddiet tressqu 25 persuna l-Qorti b’akkużi ta’ tbagħbis ta’ smart meters jew b’serq ta’ elettriku.
//= $special ?>