Wara sitt snin f’pajjiżna, l-attakkant ta’ 32 sena Dene Shields se jirritorna lura lejn pajjiżu, l-Iskozja.
Kien l-istess plejer li fuq Facebook ta din l-aħbar, li iktar tard ġiet ikkonfermata minn Xewkija Tigers F.C. Dene Shields qal li ż-żmien f’pajjiżna kien l-aqwa f’ħajtu.
Dene Shields wasal Malta fl-2010 meta ngħaqad ma’ Ħamrun Spartans fejn skurja 18-il gowl f’żewġ staġuni. Fl-2012 imbagħad hu ssieħeb ma’ Xewkija Tigers f’Għawdex fejn rebaħ żewġ kampjonati, GFA Cup u Super Cup fi tliet staġuni.
Ma’ Xewkija Tigers, Dene Shields kellu wkoll prestazzjonijiet mill-aqwa tant li spiċċa darbtejn bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat (2012/13 u 2013/14) kif ukoll l-aqwa barrani (2013/14).
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).