Futbol Sport

Eliandro Gonzaga ta’ Birkirkara jxolji l-kuntratt

Birkirkara ħabbru li ntlaħaq ftehim bejn il-klabb u l-attakkant Brażiljan ta’ 25 sena Eliandro Gonzaga biex il-kuntratt ta’ dan tal-aħħar jiġi xolt.

Gonzaga kien issieħeb ma’ Birkirkara f’Ġunju 2014 u ddebutta kontra Valletta F.C. fit-8 ta’ Awwissu, fejn saħansitra skurja fir-rebħa ta’ 2-1 li l-Karkariżi rreġistraw f’din il-logħba mis-Super Cup.

Madankollu minn dakinhar hu lagħab 18-il logħba, 4 minnhom bħala sostitut, u skurja biss tliet gowls.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).