Bħal kull sena se tiġi organizzata l-Fur and Feather Show, din is-sena fi tmiem din il-ġimgħa. Il-ġranet se jkunu nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju u l-Ħadd 10 ta’ Mejju. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-8 ta filgħodu sa 6 ta’ filgħaxija.
Din l-attivita’ ilha tiġi organizzata għal dawn l-aħħar 80 sena. Dan il-portal tkellem mal-organizzaturi ta’ din is-sena fejn huma qalulna li se jkun hemm ammont rekord fejn jidħol l-ammont ta’ tjur li se jiġu esebiti. Din is-sena se jkun hemm il’fuq minn 1000 għasfur jew fenek għal din l-esebizzjoni.
F’din il-wirja, apparti li wieħed jista’ japprezza l-ġnien ta’ San Anton wieħed se jkun jista’ jara l-fniek, it-tiġieġ , il-ħammiem, il-paguni, il-papri, il-wizz , is-summien, il-gammiem u ħafna annimali oħra.
Din il-wirja se tiġi organizzata mill-Malta Fancy Feather and Pigeon Club Malta u mill-Malta Rabbit Club. Agħfas hawnhekk biex tidħol fl-attivita’ li hemm fuq facebook.
//= $special ?>