L-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi jsostni li d-Deputat Giovanna Debono għamlet deċiżjoni ta’ onestà meta ddeċidiet li tirriżenja minn Deputat tal-Partit Nazzjonalista biex tkun f’pożizzjoni li tiddefendi lill-familja tagħha għall-akkużi fil-konfront tar-raġel tagħha.
Waqt żjara lill-Uffiċċju tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-bini l-ġdid tal-Parlament, Lawrence Gonzi kien mistoqsi mill-ġurnalisti dwar id-deċiżjoni li ħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Dwar is-sitwazzjoni preżenti u dak li qed jintqal fl-opinjoni pubblika, l-eks Prim Ministru appella biex kulħadd jistenna l-proċess tal-Qorti qabel jiġbed konklużjonijiet.
Mistoqsi jekk fil-perjodu tiegħu bħala Prim Ministru, kienx konxju ta’ xi irregolaritajiet li jinsab akkużat bihom ir-raġel ta’ Giovanna Debono, Lawrence Gonzi ddikjara li hu ma kienx konxju.
//= $special ?>