Lokali

Filmat: Il-Crystal Jellyfish fil-Baħar Mediterran

Is-Sajf jinsab magħna u bħal kull sena l-awtoritajiet jibdew jiġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku f’każ li f’xi bajjiet ikun hemm il-bram. Fil-fatt, is-sena li għaddiet kienet tnediet l-app “Med-Jelly”, li tinforma lil min jużaha fejn fil-baħar hemm l-aktar bram.

Riċentament, f’pajjiżna ta’ spiss qed jintlemħu bram tat-tip Crystal Jellyfish. MaltaRightNow.com tkellem mal-Bijoloġista Alan Deidun dwar għaliex fl-ibħra Maltin hawn dawn it-tip ta’ bram u fuq kollox jekk humiex perikolużi.

Dawk li jixtiequ jagħmlu rapport dwar il-bram, jistgħu jagħmlu dan fuq www.ioikids.net/jellyfish u anke billi jniżżlu l-app “Med-Jelly” fuq l-ismart phone tagħhom.