Ix-Shadow Minister Jason Azzopardi jagħmel mistoqsija parlamentari lill-Ispeaker
Il-Parlament Malti se jkollu preżenza fuq il-media soċjali permezz ta’ Twitter account. Deċiżjoni inizzjali ttieħdet f’laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Parlament immexxi mill-Ispeaker fl-20 ta’ Ottubru tas-sena l-oħra.
Dan kien ikkonfermat mill-Ispeaker Anġlu Farrugia meta wieġeb mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Jason Azzopardi, li staqsa lill-Ispeaker jikkonsidra li l-Parlament Malti jkollu Facebook u Twitter accounts tiegħu biex dan iqarreb ħidmietu aktar viċin l-elettorat u b’hekk tkun qed tiġġededd id-demokrazija.
L-Ispeaker qal fir-risposta tiegħu, li hu pjanat li d-deċiżjoni finali dwar liema medium se jintuża u kif dan se jitħadddem, titħalla f’idejn il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.
//= $special ?>