Il-Partit Laburista mhux biss sieket fuq ix-xogħlijiet minn ħaddiema tal-Gvern li fl-aħħar 24 xahar ta’ gvern Laburista saru f’diversi postijiet fil-privat f’Għawdex iżda l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ġġustifika u ddefenda lill-Ministru Anton Refalo u nsistna li għandhom ikunu jkunu l-ġurnalisti li jirrapportaw dawn il-każi biex jaqdu dmirhom ta’ ċittadini.
Din kienet il-pożizzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha attakka lill-PN u lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għad-deċiżjoni meħuda fil-konfront ta’ Giovanna Debono.
Il-konferenza tal-aħbarijiet tal-Ministru Owen Bonnici ġabet rezzjoni tal-PN li fi stqarrija sosstna li jidher li għall-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, l-liġi mhix l-istess għal kulħadd. Filwaqt li tressqu akkużi fil-konfront tar-raġel ta’ Giovanna Debono, l-Gvern jidher li ma jridx li ssir investigazzjoni dwar allegazzjonijiet simili li seħħew fl-aħħar sentejn. Dan ifisser, sostna l-PN, li Owen Bonnici u l-Gvern tiegħu qed jagħżlu li jiddefendu lil Refalo mingħajr ma ssir investigazzjoni.
Fil-konferenza btal-aħbarijiet il-Ministru Bonnici sostna li hu kien lest joqgħod mal-ispjega li ta l-Minsitru għal Għawdex Anton Refalo dwar ix-xogħlijiet minn ħaddiema tal-gvern fil-privat fl-aħħar 24 xahar. Mistoqsi x’passi se jieħu l-Partit Laburista dwar Anton Refalo, il-Ministru Owen Boinnici ma weġibx u kkritika biss lill-Partit Nazzjonalista għall-azzjonijiet meħuda dwar il-każ tar-raġel ta’ Giovanna Debono.
Dwar dak li Owen Bonnici allega fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-PN qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni ilu aktar minn xahar li qal li l-kuntrattur inkwistjoni ma nfurmah b’xejn u qatt dwar l-allegazzjonijiet f’Għawdex Jekk hemm xi ħadd li għandu jwieġeb għaliex kien jaf b’informazzjoni u żammha għalih, dan m’hu ħadd ħlief il-Prim Ministru li żamm l-informazzjoni li kellu fil-but sakemm bdiet il-kampanja elettorali. U l-Ministru Anton Refalo li kien jaf bil-każ diversi xhur ilu u m’għamel assolutament xejn, sostna l-PN. Fil-pozizzjoni tiegħu l-PN qal li l-Prim Ministru għandu jispjega dwar l-ex Ministru Manuel Mallia, li fi żmienu bħala Ministru, l-mara ngħatat iċ-ċittadinanza Maltija; dwar Konrad Mizzi, li ndaħal fil-proċess tax-xiri taż-żejt u li bl-indħil tiegħu, l-poplu Malti u Għawdxi tilef €14-il miljun; dwar Joe Mizzi, li mar jinnegozja mal-kumpanija Spanjola qabel ingħatat it-tender għat-trasport pubbliku; dwar Ian Borg, li nħariġlu permess għal żewġ appartamenti f’żona ambjentalment sensittiva fi żmien rekord; dwar Luciano Busuttil, li kellu kunflitt ta’ interess bħala avukat tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla u dwar Helena Dalli, li għamlet xogħol illegali fuq il-farmhouse tagħha ftit metri ‘l bogħod minn fejn toqgħod.
//= $special ?>