Lokali

Kommossjoni wara li kelb dam imsakkar f’karozza għal madwar 30 minuta

Kommossjoni wara li kelb dam imsakkar f’karozza għal madwar 30 minuta, fis-sħana li diġa qed taħkem pajjiżna.

Diversi persuni li raw il-kelb imsakkar fil-karozza bdew jippruvaw jagħmlu kuntatt ma’ sid il-karozza, iżda ma rnexxielhomx, għaldaqstant baqgħu jistennew sakemm wara 30 minuta sid il-karozza kien lura.

Il-kelb jidher li kien bil-għatx imma fortunatament jidher li s-sħana u l-fatt li kien magħluq fil-karozza, ma kkawżatlux ħsara.

F’dan iż-żmien u speċjalment fix-xhur sħan tas-sajf, isiru diversi appelli biex klieb ma jitħallewx msakkrin fil-karozza, b’mod speċjali fix-xemx.

Skont studju, wara siegħa fix-xemx, it-temperatura fil-karozza titla’ għal 40 grad , l-aktar li ħin li fih it-temperatura tiżdied ikun fl-ewwel 30 minuta. Dawk li jħallu l-karozza mixgħula bl-arja kundizzjonata, bil-kelb ġo fiha, ukoll ma jkunux qed jassiguraw li l-kelb ma jkunx f’riskju.