Permezz ta’ offerta ta’ kumpens ta’ 20 miljun dollaru, il-Gvern Amerikan elenka l-ogħla tmexxija tal-ISIS.
L-Istati Uniti identifikat lil Abdul Rahman Mustafa al-Qaduli, Abu Mohammed al-Adnani, Tarkhan Tayumurazovich Batirashvili u Tariq bin al-Tahar bin al-Falih al-Awni al-Harzi bħala l-ogħla erba’ mexxejja tal-ISIS.
It-Tlieta, l-ISIS qal li kien wara l-attakk terroristiku li sar f’Texas waqt kompetizzjoni dwar karikatura tal-Profeta Mohammed.
Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan offra sa seba’ miljun dollaru kumpens għal informazzjoni biex jinqabad Qaduli, ħames miljuni għal Adnani u Batirashvili, u tliet miljun dollaru għal Harzi.
Adnani kien deskritt bħala l-kelliem uffiċjali tal-ISIS, Batirashvili l-kmandant tal-offensiva tal-ISIS fit-Tramuntana tas-Sirja, u Harzi bħala dak responsabbli mill-attakki suwiċida. Qaduli kien deskritt bħala uffiċjal għoli ħafna tal-grupp. L-Istati Uniti diġà kienet offriet kumpens ta’ għaxar miljun dollaru għal Abu Bakr al-Baghdadi, meqjus bħala l-kap tal-ISIS.
Agħfas din il-link għal aktar dettalji mid-Departiment tal-Istat Amerikan
//= $special ?>