Internazzjonali Mużika

Miet Errol Brown tal-grupp ‘Hot Chocolate’

Tħabbret il-mewt tal-kantant tal-grupp popolari ‘Hot Chocolate’ Errol Brown f’eta ta’ 71 sena fil-Bahamas minħabba kanċer fil-fwied.

Fost l-oħrajn il-grupp kien kiseb suċċess kbir bil-kanzunetti “You Sexy Thing”, “Emma” u “So You Win Again”.

Ismu proprja kien Lester Errol Brown u kien twieled fit-12 ta’ Novembru tal-1943 fil-Ġamajka u ta’12-il sena mar jgħix ir-Renju Unit.