Kurżitajiet

‘Tip’ f’ristorant iħalli ħaddiema bid-dmugħ f’għajnejha

Klijent f’ristorant fl-Istati Uniti ħalla tip ta’ $200 lill-waitress li qdiethu wara li semagħha tgħid li kienet qed tħoss ħafna n-nuqqas ta’ binha.

Mal-kont ta’ $9.53, il-klijent ħalla d-donazzjoni ġeneruża flimkien ma’ nota biex jgħid lill-mara li qdietu li semagħha tgħid li kienet qed tħoss in-nuqqas ta’ binha u li bid-donazzjoni tiegħu, kien jittama li l-mara setgħet iżżur lil binha.

Il-mara spiċċat bid-dmugħ f’għajnejha hekk kif kollega tagħha marret turiha n-nota tal-klijent. Ir-ritratti tal-irċevuta ffirmata, li turi b’mod ċar id-donazzjoni qawwija, spiċċaw iduru fuq l-internet hekk kif ħafna kkummentaw li għad fadal nies qalbhom tajba fid-dinja.