Is-sospensjoni ta’ sitt xhur li kienet ingħatat lit-Team Manager ta’ Mosta F.C. Adrian Farrugia tneħħiet u nbidlet f’multa ta’ €40.
Farrugia kien akkużat li għajjar lill-kowċ Clive Mizzi, bis-sentenza tingħata fil-21 ta’ April li għadda.
Madankollu Farrugia appella mis-sentenza biex b’hekk issa jista’ jirritorna mill-ġdid u immedjatament fuq il-bank tas-sostituti, minflok fil-21 ta’ Settembru li ġej.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>