Fl-aħħar jiem abbord titjira tal-Air Malta minn Zurich lejn Malta inqalgħet tensjoni li spiċċat saħansitra ġiet rappurtata fil-gazzetta Die Wochenzeitung – WOZ, fl-Iżvizzera.
Kif jidher fil-filmat, kollox beda meta passiġġier abbord it-titjira KM 491 irrealizza li abbord kien hemm ukoll passiġġier ieħor, mis-Senegal, li kien immanettjat u skortat.
Dan qajjem tħassib fost il-passiġġieri, li ma kinux jafu għaliex dan ir-raġel kien immanettjat. Immedjatament ħaddiema tal-Air Malta spjegawlu li r-raġel kien qed jiġi deportat lejn Malta u r-raġel kien abbord u mmanettjat kif inhi proċedura komuni f’każi simili.
Madankollu l-passiġġier l-ieħor baqa’ jinsisti u saqsa lir-raġel li kien qed jiġi deportat jekk pajjiżu hux Malta. Mistoqsija li għaliha s-Senegaliż irrisponda fin-negattiv.
//= $special ?>