Mill-2013 sa Frar li għadda, f’sentejn u xahrejn, tressqu tmien każi l-Qorti b’rabta ma’ logħob illegali, żewġ każi fl-2013 u tlietafl-2014.
Sa Frar ta’ din is-sena kien hemm tliet persuni oħra li nbdew proċeduri kriminali kontra tagħhom b’konnessjoni mal-istess tip ta’ reat.
Dan kien ikkonfermat mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, għal tagħrif li ta għal mistoqsija parlamentari li ressaq ix-Shadow Minister Claudio Grech.
Il-persuni lil tressqu l-Qorti huma mill-Belt, il-Fgura, ir-Rabat, Bormla, il-Kalkara, Ħal Qormi u Ħaż-Żabbar.
//= $special ?>