Kien hemm allarm fost it-turisti fil-gżira Spanjola ta’ Majorca hekk kif dehret ħuta kbira qrib ħafna ta’ bajja popolari f’Palmanova.
Skont diversi kummenti fuq l-internet, ħafna qed iqisu l-ħuta kbira bħala kelb il-baħar tat-tip “Great White” inkella tonn aħmar, għalkemm il-maġġoranza qed tagħżel tal-ewwel. Anke gazzetta lokali, li ppubblikat ir-ritratt, qieset il-ħuta bħala kelb il-baħar.
Il-ħuta daqshekk qrib tax-xtajta dehret fl-ewwel tmiem il-ġimgħa tajjeb għat-turisti wara l-vaganzi tal-Għid il-Kbir.
Fil-Mediterran, fin-naħa qrib Spanja, jeżistu madwar 90 tip ta’ klieb il-baħar għalkemm inċidenti fejn dawn attakkaw lill-bniedem kienu rari. L-aħħar tliet każijiet li ssemmew fl-aħbarijiet kienu fl-1986, fl-1992 u fl-1993.
//= $special ?>