L-Università Amerikana DePaul, li l-Gvern Laburista qal li ffirma ftehim magħha għax suppost għandha tinvesti f’Malta, fil-verità mhi involuta fl-ebda investiment f’pajjiżna. L-unika ħaġa li se tkun għamlet għal pajjiżna hi li għaddiet il-kurrikulu għall-Università li suppost għandha tibda topera fix-xhur li ġejjin.
Dan żvelah il-Lecturer fl-Università ta’ Malta Antoine Vella waqt il-programm Newsfeed tal-bieraħ. Vella spjega li meta għamel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Università DePaul, li suppost għaddejja b’negozjati mal-Gvern Malti biex tinvesti f’pajjiżna, kelliema għall-Università Amerikana saħqet li m’hemm l-ebda pjan li jibnu xi kampus f’Malta.
Il-kelliema ċaħdet ukoll li b’xi mod se tkun involuta fit-tmexxija ta’ Università Amerikana f’Malta. Filwaqt li sostniet li l-Università DePaul mhi se tkun bl-ebda mod involuta fil-Lecturing, Degrees jew fl-istandards akkademiċi, il-kelliema tal-Università spjegat lil Antoine Vella li tat biss il-kurrikulu waqt li saritilha talba.
Sadanittant, il-preżentatur tal-programm “Tagħna Lkoll” fuq Radio 101, David Thake, għamel kuntatt mal-Università Amerikana DePaul biex jikkonferma dak li żvela l-Lecturer fl-Università ta’ Malta. F’dan il-każ, Thake kellu l-istess tweġiba … li se tixxandar illum stess fl-4.30pm fuq Radio 101.
//= $special ?>