Skont l-ewwel indikazzjonijiet hekk kif għalaq il-vot fir-Renju Unit, jidher, mill-exit polls, li l-Partit Konservattiv hu l-ikbar partit bi 316 siġġu skont l-istħarriġ tal-mezzi tax-xandir fir-Renju Unit. Ferm aħjar milli kien qed ikun imbassar qabel il-vot.
Il-Partit Laburista jidher li se jikseb 239 siġġu filwaqt li l-Partit Liberal Demokratiku jidher li kiseb għaxar siġġijiet. Il-partit Skoċċiż, il-SNP jidher li se jikseb 58 siġġu filwaqt li l-UKIP qed ikun indikat li se jkun fil-Parlament għall-ewwel darba b’żewġ siġġijiet.
Dawn huma biss tbassir u indikazzjoni ċara mistennija fis-siegħat li ġejjin. Biex wieħed ikollu maġġoranza fil-House of Commons hemm bżonn 326 siġġu.
L-ELEZZJONI FIR-RENJU UNIT: Il-Konservattivi minn ta’ quddiem skont l-exit polls
