Internazzjonali

AĠĠORNATA: Nirien fl-ajruport ta’ Fiumicino

Parti mill-ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma tinsab magħluqa wara nirien li ħakmu Terminal 3. Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, u jidher li n-nar beda minn bar.

Għalkemm m’hemm l-ebda feruti, xi persuni kellhom jingħataw il-kura minħabba dħaħen li belgħu.

Numru ta’ titjiriet li kellhom jitilqu llum minn Malta lejn Ruma ġew affetwati. It-titjira tal-AirMalta KM612 hija skedata li tħalli pajjiżna għall-ħabta tas-1pm. Filwaqt li ġet kanċellata it-titjira tal-Alitalia li kellha tasal minn Ruma għall-ħabta ta’ nofsinhar.