Il-plejer ta’ Birkirkara Paul Fenech fuq Facebook qed jgħid li ntalab mill-klabb biex jagħmel programm ta’ taħriġ individwali.
Paul Fenech talab lill-klabb għal ittra uffiċjali li tgħid li hu twaqqaf mill-klabb, imma qed jgħid li l-amministrazzjoni ma tridx ittih din l-ittra.
Hu ppublika wkoll il-programm ta’ taħriġ kif ordnat mill-klabb biex jipprova dak li qal.
Intant dan is-sit hu infurmat li ġiet solvuta sitwazzjoni bejn il-captain ta’ Valletta Ryan Fenech u Valletta F.C.
Fl-aħħar sigħat iċċirkolat l-aħbar li Fenech kien mitlub biex ma jinżilx għat-taħriġ ilbieraħ u llum. Fenech tħarreġ biss nhar it-Tlieta li għadda.
Imma llejla saret laqgħa bejn il-kumitat u Ryan Fenech fejn kien deċiż li l-plejer mhux se jkun sospiż u minn għada jinżel għat-taħriġ b’mod normali.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>