Newsdesk

Programm Speċjali: Newsdesk mal-Għawdxin

Inti Għawdxi jew Għawdxija u tixtieq tistaqsi domanda lil Dr. Simon Busuttil? Il-mistieden ewlieni waqt il-programm Newsdesk fuq Radio 101 tal-lum il-Ħamis se jkun il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Il-programm immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se jiffoka fuq Għawdex u l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-Għawdxin.

Waqt il-programm inti tista’ ċċempel jew tibgħat SMS u tistaqsi b’mod dirett lill-Kap tal-Oppożizzjoni, li se jkun qed iwieġeb għad-domanda tiegħek.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.20pm fuq Radio 101.

Tel: 21230101
SMS: 50613101
e-mail: studio@radio101.com.mt.