Vettura spazjali Russa il- “Progress” probabbli tinżel lura fid-dinja mill-bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej. Imma fejn ħadd ma jaf.
Il-problema hi li fuq din il-vettura spazjali ħadd m’għandu l-kontroll. Dan wara li xi ħaġa marret ħażin meta kienet sparata fis-spazju.
Id-data, li kapaċi tiċċaqlaq għax l-istimi qed jinbidlu minn ħin għall-ieħor, ġiet stabbilita wara li “Progress” niżel 10 kilometri f’ġurnata waħda. Imma sadattant għadu jdur fuqu nnifsu u joqrob lejn id-dinja.
Għalissa x-xjentisti ma jistgħux jikkalkulaw bi preċiżjoni f’liema parti tad-dinja mistennija jinżel dan il-‘cargo’ imma qed jistmaw li partijiet minnu mistennija jibqgħu sħaħ minkejja l-impatt mal-atmosfera.
“Progress” hu twil 7 metri, għandu dijametru ta’ 2.7 metru u jiżen madwar 7 tunnellati. Kien sparat fl-ispazju fit-28 t’April mill-bażi Russa ta’ Baikonur fil-Każakistan. Dritt wara li ttellaq, żviluppaw problemi li ma ħallewx iktar lix-xjentisti jikkontrollawh hekk kif beda nieżel bil-mod ’il mod lejn id-dinja.
//= $special ?>