Lokali

Aġġornata bir-ritratti u aktar dettalji: Jittella’ raġel mejjet mill-baħar tal-Baċir 1

Aġġornata | 2.15pm: Il-katavru li ttella’ mill-baħar f’Bormla hu ta’ anzjan ta’ 68 sena mill-Ħamrun u l-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12.10pm. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Consuelo Scerri Herrera, li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

Aktar kmieni …
Il-Pulizija tellgħet persuna mejta mill-baħar f’Bormla wara li aktarx tah attakk tal-qalb u waqa’ l-baħar. L-ewwel rapporti li waslulna kienet li fil-post waqgħet karozza u li ħadd ma weġġa’, madankollu, aktar stħarriġ wera li l-Pulizija ssejħu għax raġel kien għadu kif jaqa’ l-baħar.

Fil-fatt, il-Pulizija li waslu fil-post qabżu l-baħar biex itellgħu lir-raġel li iżda kien diġà mejjet. Huma kienu nfurmati minn tifel li kien għaddej minn qrib il-Baċir 1 u li ra lir-raġel jaqa’ fil-baħar. Minkejja l-intervent tal-Pulizija, ir-raġel ittella’ mill-baħar mejjet.

(Ritratti: Christ Camenzuli)