L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia mexxa delegazzjoni parlamentari li attendiet il-Forum Parlamentari dwar is-Sigurtá fi Vjenna
Matul din il-konferenza li matulha l-Ispeaker kien akkumpanjat mill-Whip tal-Gvern id-Deputat Nazzjonalista Godfrey Farrugia, u mix-Shadow Minister għal Għawdex, Chris Said, f’isem l-Oppożizzjoni, saru diversi preżentazzjonijiet fosthom miċ-Chairman tal-Bord dwar id-Drittijiet tal-Privatezza u tal-Libertajiet Ċivili, kif ukoll miċ-Chairman Ewropew għall-Ħarsien u l-Protezzjoni tad-Data Ewropea li għadu kemm kien appuntat.
L-Ispeaker Malti pparteċipa fid-diskussjoni ta’ dan il-Forum Parlamentari u tkellem fuq il-mudell li jitħaddem fil-pajjiżi Ewropej li jassigura d-drittijiet umani bażiċi u d-drititjiet u s-sigurtà marbuta mad-data.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia enfasizza l-importanza ta’ Unjoni Ewropea b’saħħitha li flimkien mal-istati Uniti għandha tindirizza l-problema tat-traffikar tal-persuni fil-Libja bħala parti is-soluzzjoni għall-istabbiltà futura fil-Libja.
F’intervent ieħor, Godfrey Farrugia tkellem dwar it-theddida tat-terroriżmu internazzjonali u esprima tħassib dwar dak li qed tagħmel l-Organizzazzjoni dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) għat-tisħiħ u l-armonizzazzjoni tas-sigurtà ta’ sistemi online, biex tinkoraġġixxi li l-militar hu taħt il-kontroll demokratiku tal-parlamenti, u biex tgħaddi aktar l-għarfien tagħha wara kriżijiet ta’ kunflitt.
//= $special ?>

