Futbol Sport

Ħu ritratt mat-tazza taċ-Champions League u għin lil Puttinu Cares

Nhar l-Erbgħa li ġej, għal-logħba bejn Juventus u Real Madrid, fil-Juventus Club Cuore Bianconero tal-Imrieħel se tkun esposta replika tat-tazza taċ-Champions League.

Dawk preżenti, anke’ min mhux membru mal-klabb, se jkun jista’ jiehu ritratt mat-tazza għal donazzjoni li tmur b’risq l-Għaqda mhux Governattiva Puttinu Cares, li tgħin persuni li għaddejjin minn problemi ta’ saħħa kif ukoll lill-familji tagħhom.

Id-dħul għal din il-logħba hu b’xejn.