L-aġenzija tal-ispazju Russa qalet li l-verttura spazjali Russa ‘Progress M-27M’ kien intilef il-kontroll tagħha spiċċat nħarqet wara li daħlet lura fl-atmosfera tad-dinja.
L-inżul tal-vettura spazjali magħruf bħala ‘re-entry’) seħħ fir-reġjun tal-Paċifiku, u l-kelliema għall-aġenzija qed jistennew li kellhom jaqgħu biss ftit biċċiet tiegħu fl-oċean.
Il-Progress, intiż għall-ġarr tal-merkanzija u li ma kellux ekwipaġġ, kien tela’ mill-Kazakhstan fit-28 ta’ April, u malajr intilef il-kontroll tiegħu. L-istess inġenju kien qed iwassal aktar minn tliet tunnellati ta’ provvisti lill-ekwipaġġ ta’ sitta fuq l-Istazzjon tal-Ispazju Internazzjonali li qed idur fl-orbita, xi 420 kilometru ’l fuq mid-dinja.