Zoo fil-Ġappun kellu jibgħat apoloġija uffiċjali wara li semma lil xadina li kienet għadha kemm twieldet, bl-isem isem mogħti lill-Prinċipessa Charlotte tar-Renju Unit.
Il-park tal-annimali Mount Takasaki kull sena jitlob lill-pubbliku jivvota għal isem li mbagħad jingħata lill-ewwel xadina li titwieled għandu. Nhar l-Erbgħa, ħabbar li x-xadina kienet se tissemma’ Charlotte minħabba l-vot popolari.
Minn dakinhar ’l hawn, il-park spiċċa mimli lmenti b’ħafna jqisu li l-isem mogħti lix-xadina hu insult għar-Renju Unit u għall-familja rjali. Ħadd minn Buckingham Palace madankollu ma kkummenta.
Kelliem għall-park qal li l-isem Charlotte ngħażel minn 59 persuna minn total ta’ 853 u l-isem spara ’l fuq malli tħabbar isem it-tarbija rjali.
//= $special ?>