Futbol Sport

Claudio Antunes iħalli Malta wara staġun mill-aqwa ma’ Nadur Youngsters

L-attakkant Brażiljan Claudio Antunes Pavlidis Cadu mistenni jirritorna lura f’pajjiżu wara staġun mill-aqwa ma’ Nadur Youngsters, fejn skurja 23 gowl f’20 logħba tal-kampjonat.

Antunes kien iffirma ma’ Nadur Youngsters f’Awwissu li għadda mar-ritorn tiegħu f’pajjiżna mill-Brażil wara nuqqas ta’ sena, fejn kien jilgħab propju mal-istess Nadur.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).