Futbol Sport

Demis Paul Scerri mhux se jibqa’ kowċ ta’ Qrendi F.C.

Demis Paul Scerri nforma lid-diriġenti ta’ Qrendi F.C. li mhux se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ kowċ tat-tim ġdid promoss fit-Tieni Diviżjoni. Dan is-sit hu nfurmat li Demis qajjem interess minn numru ta’ klabbs, inkluż tal-Ewwel Diviżjoni. St. George’s jidher li huma l-favoriti li jiksbu l-firma ta’ Demis.

B’hekk tintemm l-avventura ta’ Scerri wara staġun li fih wassal lil Qrendi F.C. għal promozzjoni fit-Tieni Diviżjoni, bit-tim itemm l-istaġun fit-tielet post, erba’ punti taħt Mġarr United u Kirkop United fil-quċċata tal-klassifika.

Matul dan l-istaġun, taħt it-tmexxija ta’ Demis Paul Scerri, Qrendi F.C. rebħu 14-il logħba u kisbu sitt draws minn 24 partita.

Demis Paul Scerri kien ukoll wieħed mill-imħuħ tal-klabb wara l-inizjattiva li l-klabb jagħti donazzjoni lil Puttinu Cares għal kull punt miksub.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).