Futbol Sport

Iċ-ċelebrazzjonijiet taċ-champions Hibernians: Replay illejla bi programm speċjali

Illum Hibernians jaffrontaw lil Valletta fl-aħħar logħba tal-istaġun, f’partita li fi tmiemha l-plejers ta’ Raħal Ġdid jingħataw it-trofew bħala champions Maltin għall-ħdax-il darba fl-istorja tagħhom.

Intant illejla se tixxandar edizzjoni speċjali tal-programm sportiv Replay b’kollegamenti LIVE minn Raħal Ġdid bil-festeġġamenti li se jkun hemm mill-kumitat, plejers u partitarji ta’ Hibernians.

Il-programm Replay illejla jibda fid-21:00 fuq Net Television u matulu se jkomplu jintlaqgħu l-offerti għal flokk ta’ Hibernians iffirmat mill-plejers li se jilgħabu l-aħħar logħba tal-kampjonat.

L-ogħla offerta għal dan il-flokk tmur b’donazzjoni għal Puttinu Cares. L-offerti jintlaqgħu fuq il-paġna ta’ Facebook: Replay (Net Television).