Ninsabu preparati: għandna bomba li minn ħin għall-ieħor, taf tisplodi f’dahar l-għedewwa tagħna.
Hekk tenna l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Yong Un, hekk kif ilbieraħ il-Gvern tal-pajjiż Asjatiku fi stqarrija ħabbar li l-pajjiż kiseb suċċess fl-isparar ta’ missili balistiċi mill-baħar permezz ta’ submarines.
Għal dan l-eżerċizzju militari, attenda l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, bil-Gvern tiegħu jippublika serje ta’ ritratti tiegħu jidħak, bil-missili ttir fl-isfond, ‘il bogħod warajh.
Din mhix l-ewwel darba li l-Gvern tal-Korea ta’ Fuq faħħar lilu nnifsu bi stqarrijiet dwar l-eżerċizzji militari, u esperti jsostnu li dan huwa mod kif il-Gvern tal-Korea ta’ Fuq jipprova juri li hu superjuri mill-pajjiżi li hu jqis bħala ostili lejh.
//= $special ?>