L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat il-Liberja ħielsa mill-virus tal-Ebola, fost il-konferma li dan il-pajjiż Afrikan ma rreġistra l-ebda każ ġdid tal-virus għal dawn l-aħħar 42 jum.
Il-President tal-Liberja, Ellen Johnson Sirleaf, qalet li pajjiżha għandu għalfejn ‘jiċċelebra l-isforzi bla heda’ biex jikkonfronta l-Ebola li qatel ‘il fuq minn 4,700 persuna fl-artijiet tiegħu.
Intant, il-Guinea u Sierra Leone ( ġirien tal-Liberja) għadhom għaddejjin bl-impenji biex jikkontrollaw u jrażżnu l-Ebola.
//= $special ?>