Internazzjonali

Imutu fit-tiġrif ta’ ajruplan qrib Seville

Mietu talanqas erba’ persuni wara li ajruplan militari ġġarraf qrib l-ajruport ta’ Seville, fi Spanja.

L-ajruplan – tat-tip Airbus A400M – żviluppawlu l-problemi ftit wara li kien tela’ għal ‘test flight’, bir-rapporti jgħidu li n-nies ta’ fuqu kienu kollha ħaddiema tal-Airbus Spanjola. Ingħad ukoll li tnejn minnhom sofrew il-feriti gravi.

Il-Prim Ministru Spanjol, Mariano Rajoy, esprima n-niket dwar l-inċident li seħħ anqas minn żewġ kilometri ‘l bogħod mill-ajruport ta’ San Pablo. Mifhum wkoll li l-ajruplan kien bagħat messaġġ biex jirrapporta problema fis-sistema tiegħu, minuti biss qabel it-tiġrif traġiku.