Irtira fl-eta’ ta’ 33 sena l-attakkant Taljan ta’ Sliema Wanderers Andrea Pisanu wara karriera ta’ 16-il sena li ratu jilgħab fi tliet pajjiżi; l-Italja, il-Kanada u Malta.
Matul il-karriera Pisanu lagħab għal Cagliari, Siena, Verona, Varese, Parma, Bologna, Prato u Montreal Impact qabel ġie f’Malta. Hu rebaħ il-kampjonat Kanadiż fl-2013.
Bħala ringrazzjament għas-servizz li ta lil Sliema Wanderers matul dan l-istaġun, il-klabb onorah bi flokk kif ukoll tifkira tal-okkażjoni. Dan filwaqt li l-plejer libes il-faxxa ta’ captain bl-ismijiet tal-klabbs kollha li lagħab magħhom.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>