Edukazzjoni Lokali

L-Universita’ DePaul toħroġ stqarrija uffiċjali dwar Malta

Wara li nnutat dawk li sejħet bħala stqarrijiet żbaljati fil-mezzi tax-xandir lokali, l-Universita’ De Paul ħarġet stqarrija oħra biex tikkjarifika ċ-ċirkostanzi dwar il-ftehim bejn il-Gvern Malti u Sadeen Group tal-Gordan dwar il-ftuħ tal-hekk imsejjħa Universita’ Amerikana f’Malta fuq art barra miż-żona tal-iżvilupp.

De Paul mhux ha tiftaħ fergħa tal-kampus tagħha f’Malta u mhux se toħroġ lawriji f’Malta.

Kienet il-kumpanija Sadeen Education Investment li avviċinat lil De Paul biex tiżviluppalha kurrikulu għal 10 lawriji: 5 Baċellerat, 4 Dottorat u 1 MBA.

L-istqarrija ttemm billi tikkonferma mill-ġdid li De Paul mhux involuta la fin-negozjati bejn il-Grupp Sadeen u l-Gvern Malti u lanqas m’hi involuta mill-lat ta’ finanzi, użu tal-art, bini u infrastruttura.

Sadanittant, biex tibda taħdem bhala universita’, l-iżviluppaturi għandhom bżonn li jingħataw liċenzja ta’ universita’ u li l-programmi li toffri ikunu akkreditati mill-awtoritajiet.

Dan isir b’applikazzjoni lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Oghla, li trid tagħmel proċess ta’ verifika tal-kwalita’ tal-programmi offruti biex ikun assigurat li jkunu verament tal-livell ta’ Bacellerat, Master jew Dottorat.

Dan sakemm il-programm ma ġiex diġa’ approvat minn istituzzjoni oħra rikonoxxuta minn Malta.

F’dan il-każ iżda, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla se tagħmel dan il-proċess hi.