Il-goalkeeper żagħżugħ ta’ 20 sena Matthew Calleja Cremona ffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Floriana F.C. wara staġun pożittiv li matulu kien l-ewwel għażla tal-kowċ Giovanni Tedesco sa mindu ssieħeb magħhom b’self.
B’hekk Calleja Cremona, goalkeeper tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, se jħalli lil Pembroke Athleta, il-klabb ġdid promoss fil-Premier, li miegħu ilu javvanza sa mil-livell ta’ youths u fejn lagħab ukoll fl-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni,
Calleja Cremona hu wkoll iben il-President ta’ Pembroke Athleta, Alexander Calleja.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

