Il-Pulizija fi stqarrija żvelat li mill-ewwel investigazzjonijiet r-raġel huwa ta’ nazzjonalita Olandiża u għandu 23 sena.
Aktar kmieni…
Raġel li jidher li għandu ‘l fuq minn għoxrin sena dalgħodu nstab mejjet fil-blat biswit il-bajja ta’ San Ġorġ, f’San Ġiljan.
Persuna li kienet miexja fiż-żona lemħet il-ġisem tiegħu għal ħabta tas-6.30am, u infurmat lil Pulizija.
Il-ġisem instab viċin tal-Beach Club ta’ skola tal-Ingliż li tinsab fiż-żona.
Għadu mhux magħruf jekk ir-raġel hux Malti jew barrani. Hu nstab liebes normali, ħdejn il-baħar, u għalkemm l-awtopsja mistennija ssir nhar it-Tnejn, ma deher li kellu l-ebda feriti f’ġismu.
Dan il-każ seħħ inqas minnn 24 siegħa wara sejba ta’ katavru ta’ raġel ta’ 68 sena mill-Ħamrun, li nstab f’Baċir Numru 1 fil-Birgu, f’wiċċ l-ilma, bil-Pulizija tipprova ssalvah qabel ma kien konfermat li l-anzjan miet kawża ta’ attakk ta’ qalb.
//= $special ?>