Internazzjonali

Mubarak ikkundannat tliet snin ħabs

L-eks-President tal-Eġittu, Hosni Mubarak, kien ikkundannat għal tlett snin ħabs fuq akkużi ta’ korruzzjoni u wara proċess tal-qorti ġdid li sar ġo akkademja tal-pulizija, fil-limiti tal-Kajr.

Ulied Mubarak weħlu erba’ snin ħabs kull wieħed b’konnessjoni mal-istess każ li kien jitratta frodi ekwivalenti għal aktar minn 10 miljun ewro li kellhom imorru għar-renovazzjoni ta’ palazzi Presidenzjali.

Il-kundanna oriġinali għal Mubarak kienet inqalbet fit-13 ta’ Jannar li għadda minħabba proċeduri legali. Intant, dan kien l-aħħar każ tal-qorti li kellu jiffaċċja Mubarak li kien tkeċċa mill-poter waqt ir-rewwixta storika tal-2011 fl-Eġittu.