Dalgħodu, f’iktar minn 50 sit f’Malta, Għawdex u Kemmuna, ittellgħet attivita’ ta’ tindif kemm fuq l-art kif ukoll taħt il-baħar. L-attivita’, bl-isem ta’ Let’s Do It Malta, din is-sena daħlet fit-tieni sena tagħha.
Dan is-sit żar il-lokalita’ ta’ Wied iż-Żurrieq fejn kienet qed issir attivita’ ta’ tindif taħt il-baħar.
Għall-attivita’ tal-lum numru ta’ diving centres organizzaw rati speċjali għal dawk kollha li xtaqu jipparteċipaw f’din il-kampanja.
Ta’ min jgħid li numru ta’ Kunsilli Lokali u NGOs taw is-sehem tagħhom sabiex din il-kampanja ta’ tindif kemm fuq l-art kif ukoll taht il-baħar tkun suċċess.
//= $special ?>

