Il-bieraħ, għal ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija mill-Għassa tal-Imsida flimkien ma’ team mediku mill-Isptar Mater Dei kienu mitluba jipprovdu l-għajnuna ġewwa Triq Ix-Xatt, il-Pieta’ fejn raġel ta’ nazzjonalita’ barranija kellu xi ġrieħi f’idejh.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn għal xi ħin ir-raġel kien jinsab fil-periklu li jitlef ħajjtu, iżda wara qaleb għall-aħjar.
Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ dwar il-każ sabiex tiġi stabbilita’ l-kawża tal-ġrieħi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Miriam Hayman li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
//= $special ?>