Mara ta’ 36 sena kellha titieħed l-isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku head-on fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu.
L-inċident seħħ għal ħabta ta’ l-erbgħa ta’ filgħodu fi Vjal ir-Rihan, San Ġwann meta karozza Toyota Corsa misjuqa minn raġel ta’ 33 sena mill-Mosta ħabtet ma’ Peugeot 306 misjuqa minn raġel ta’ 27 miż-Żejtun.
Il-mara kienet passiġiera fit-Toyota Corsa u sofriet xi ġrieħi.
//= $special ?>