Il-Pulizija arrestat erba’ persuni b’rabta mal-qtil brutali ta’ tifla ta’ 15-il sena li nqatlet maħruqa ħajja.
Jirriżulta li t-tifla minn Noida barra New Delhi kienet ilha tkun stuprata minn dan il-grupp għal tmien xhur u rikattata li filmat ta’ dak li kien qed jiġri jixxandar fuq l-Internet apparti li kienet kompliet tkun stuprata.
Jidher li nhar il-Ġimgħa t-tifla infurmat il-ġenituri u kien hemm konfront ma’ tnejn minn dawk arrestati – iz-ziju u z-zija tat-tifla li kienu ġirien tal-familja tat-tifla. Is-Sibt imbagħad hekk kif it-tifla tħalliet waħedha fid-dar, il-koppja daħlu u tawha n-nar.
Membri tal-familja hekk kif semgħu t-twerżiq daħlu u ppruvaw isalvaw it-tifla imma din mietet ftit wara l-isptar.
Ftit tal-ġranet ilu f’Bhopla kien hemm każ simili.Dan wara li nstab il-katavru ta’ tifla maħruqa. L-indikazzjonijiet tal-Pulizija huma li aktarx anki f’dan il-każ, hi kienet stuprata qabel ma nqatlet.
Fl-Indja is-sena li għaddiet kien hemm ħafna attenzjoni mill-media internazzjonali wara sensiela ta’ attakki brutali ta’ sturpu u li fihom spiss ir-responsabbli kienu jeħilsuha ħafif. Dan kien wassal biex il-Gvern Indjan iħarrex il-pieni imma bi ftit ta’ xejn suċċess.
L-INDJA: Tifla tinħaraq ħajja
