Internazzjonali Knisja

Laqgħa bejn Papa Franġisku u Raul Castro

Il-President Kuban Raul Castro llum ser ikollu udjenza privata ma’ Papa Franġisku fil-Vatikan. Laqgħa li matula il-mexxej Kuban huwa mistenni jirringrazzja lil Papa Franġisku ta’ l-isforzi tiegħu li wasslu sabiex tjiebu r-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u Kuba.

Castro ser ikun qiegħed jieqaf Ruma fi triqtu lura d-dar wara li l-bieraħ attenda parata militari f’Moska. Minn naħa tiegħu Papa Franġisku ser iżur Kuba f’Settembru li ġej meta jkun fi triqtu lejn l-Istati Uniti.

Fl-1996 Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni kien sar l-ewwel mexxej tal-Knisja Kattolika li laqgħa fil-Vatikan mexxej Kuban meta kien żar Ruma Fidel Castro li jiġi ħu Raul Castro. L-istess Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni kien ukoll l-ewwel mexxej tal-Knisja Kattolika li kien għamel żjara f’Kuba fosthom fil-kapitali Havana.