Kurżitajiet

Inkwiet personali għall-ispeaker tal-House of Commons

Jekk fl-aħħar il-ħsieb ta’ kull min hu b’xi mod involut fil-politika Ingliża kien fuq ir-riżultat miksub mill-Konservattivi ta’ Cameron, l-SNP ta’ Sturgeon u l-Labour ta’ Miliband moħħ l-ispeaker tal-House of Commons John Bercow żgur kien fuq il-kriżi personali li spiċċa nvolut fiha.

Dan hekk kif il-media Ingliża żvelat li l-mara tiegħu Sally daħlet f’relazzjoni ma’ ċertu Alan Bercow, li jiġi l-kuġin ta’ John Bercow. L-media Ingliża saħansitra żvelat li Alan Bercow, li huwa miżżeweġ u għandu t-tfal, saħansitra telaq lil mara u mar jgħix ma’ Sally fid-dar matrimonjali tagħha hekk kif John Bercow kien mgħedi bil-kampanja elettorali u kien qiegħed jgħix fir-residenza uffiċjali ta’ l-ispeaker.

Jidher iżda li r-relazzjoni bejn Sally u Alan Bercow ma’ kienetx waħda twila b’Alan rappurtat li issa mar lura ma’ martu. Minn naħa l-oħra l-affarijiet bejn John u Sally Bercow għadhom mhumiex lura għan-normal u jidher li għalissa t-tnejn għażlu li jgħixu separat minn xulxin, b’Sally tibqa fid-dar matrimonjali f’Battersea u l-ispeaker jibqa’ fir-residenza uffiċjali tiegħu.

Sally Bercow mhijiex ġdida għal kontroversja u mhux l-ewwel darba li ddeskriviet lilha nfisha bħala l-Carla Bruni tal-politika Ingliża.